Il-president ta’ Monza Calcio Silvio Berlusconi rċieva ħafna awguri mingħand diversi esponenti tal-football Taljan hekk kif il-Ħamis għalaq 86 sena.
Hu laħaq president ta’ dan il-club fis-sajf li għadda wara li fix-xhur ta’ qabel kien investitur magħhom u flimkien mal-ħabib Adriano Galliani rnexxielu jtella’ lil dan it-tim għall-ogħla diviżjoni għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom.
F’kelmtejn tal-okkażjoni, Berlusconi qal li jinsab kuntent imexxi lil dan it-tim u qed jittama li jkun hemm aktar okkażjonijiet storiċi magħhom.