Sunday, December 22, 2024

“Silvio kellu qalb kbira li taf tħobb … il-ħidma tiegħu se tibqa’ mfakkra fin-nies”

Aqra wkoll

F’deskrizzjoni tal-formazzjoni tat-tfulija ta’ Parnis waqt l-Omelija fl-aħħar tislima lill-eks deputat Dilvio Parnis, iċ-ċelebrant saħaq dwar l-importanza tat-trobbija tat-tfal u żgħażagħ biex ikollna komunità msawra fuq il-prinċipji u l-valuri li kellu Silvio. Huwa kompla biex jgħid li mhux biss fl-aħħar ġranet ta ħajtu imma tul ħajtu kollha kellu dejjem din il gwida, boxxla li tidderigih. L-għaqda kontinwa u sħiħa tiegħu ma’ Alla. 

Qal ukoll li Silvio kellu karriera ta’ suċċess fil-politika tiegħu man-nies, għax kellu prinċipju li jaqdi u jagħmel dinja isbaħ u aħjar. Kompla biex jgħid li Silvio kien bniedem viċin in-nies u min jaf kemm nies ibbenefikaw mill-ġenerożità tiegħu.

Fejn jidħlu l-anzjani u s-soċjal, is-settur l-iżjed għal qalbu huwa mexxa bil-valuri li kien imżejjen bihom u kompla jagħmel differenza fil-lokalità u fil-bqija tal-pajjiż. 

Iċ-ċelebrant qal li iżda fuq kollox Silvio kien bniedem tal-familja. Kien dejjem ta appoġġ għall-familja tiegħu. Il-familja kienet tagħtih is-saħħa, l-entużjażmu u l-enerġija biex ikompli u anke fl-aktar mumenti ibsin fl-aħħar jiem, huwa sab l-ikbar sostenn mingħandhom.

L-Arċipriet temm jgħid li bħalma l-poeżija tibqa’ wara li jmur l-poeta, u l-iskultura tibqa’ wara li jitlaq l-iskultur, hekk ukoll il-ħidma tajba tal-politiku li f’dan il-każ żgur li se tibqa’ mfakkra f’qalb dawk kollha li ġew megħjuna mill-qalb tajba tal-mibki Silvio Parnis.

Ekonomija

Sport