Thursday, March 28, 2024

Simone Inzaghi se jġedded ma’ Inter

Aqra wkoll

Wara r-rebħa fil-Coppa Italia u l-finali miksuba fil-UEFA Champions League tal-10 ta’ Ġunju li ġej, it-tiġdid fil-kuntratt tal-kowċ Simone Inzaghi issa ġie biss formalitá.

Il-president ta’ Inter Steven Zhang qal li għandu kliem ta’ tifħir għal Inzaghi u fissru bħala motivatur kbir fit-tim tiegħu. Hu qal li għalkemm kien hemm xi partiti fejn mhux kollox mar tajjeb, hu xorta jafda lit-tim f’idejh u wiegħed li se jkun qed isaħħaħ it-tim b’xi akkwisti oħra. 

Ekonomija

Sport