L-34 laqgħa tal-istaġun li saret it-Tlieta fil-għaxija fil-korsa tal-Marsa kienet tikkonsisti minn disa’ tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott fuq distanza qasira ta’ mil u dawn kienu kollha heats mill-kompetizzjoni Sajfija Cisk Lager. L-attenzjoni kienet fuq it-tiġrija għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza ta’ 1640m u li ntrebħet minn Sir Q.C. misjuq mill-veteran Għawdxi Julian Farrugia.
Fl-uniku tiġrija Premier, Sir Q.C. (Julian Farrugia) beda l-aktar b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u okkupa l-ewwel post tul id-distanza kollha. Hu qasam il-linja finali l-ewwel faċilment b’tul minn Dream Along (Jesmar Gafa’) u Escoublac (Charlton Muscat). Cadet (Noel Baldacchino) temm warajhom f’dik l-ordni. Ir-rebbieħ kellu medja ta’ 1.12.5” fil-kilometru.
Ir-rebbieħa kollha
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Fakir Piya (R. Gatt) Ħin – 2.04.3” (1.15.8”) 2. Dennis Rose P.J. (M. Debono) 3. Chataigne d’Echal (S. Cassar) 4. Gamine d’Hawai (I. Mazzitelli)
II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Harry De L’Ormerie (G. Gatt) Ħin – 2.03.2” (1.15.1”) 2. Fidel De Banville (Ch. Vassallo) 3. Festival Marlo (R. Gatt) 4. Pure Islet (M. Ellul)
III Tiġrija. Klassi Bronze A. Dist – 1640m. 1. Echo Sellois (Ch. Camilleri) Ħin – 2.03.4” (1.15.2”) 2. Ninepoints Coolman (M. Bonnici) 3. Galaxie d’Azur (N. Baldacchino) 4. Viking Du Sarthon (G.P. Camilleri)
IV Tiġrija. Klassi Silver A. Dist – 1640m. 1. Cruise (P. Galea) Ħin – 2.00.8” (1.13.7”) 2. Havaroche (N. Baldacchino) 3. Mojo Express (R. Gatt) 4. Denka Du Frau (C. Calleja)
V Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Fast Des Brousses (C. Vassallo) Ħin – 2.01.5” (1.14.1”) 2. Qvanting Indika (A. Cassar) 3. Eagle B Butcher (C. Calleja) 4. Onceforall Face (B. Ħili)
VI Tiġrija. Klassi Silver A. Dist – 1640m. 1. Jadore Sugar (D. Cortis) Ħin – 2.00.3” (1.13.4”) 2. Ganyboy (R. Gatt) 3. Alinea (C. Vassallo) 4. Delta De Loiron (H. McKay)
VII Tiġrija. Klassi Silver A. Dist – 1640m. 1. Beatnik Turgot (Cherise Farrugia) Ħin – 2.01.4” (1.14”) 2. Defi Nay (R. Gatt) 3. Bajazet (M. Mizzi) 4. Elton Magic (Ch. Vassallo)
VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 1640m. 1. Sir Q.C. (J. Farrugia) Ħin – 1.59” (1.12.5”) 2. Dream Along (J. Gafa’) 3. Escoublac (Ch. Muscat) 4. Cadet (N. Baldacchino)
IX Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Eurythmic Sisu (K. Sciberras) Ħin – 2.01.4” (1.14”) 2. Diego Du Coudou (J. Gafa’) 3. Dream Turgot (J. C. Pace) 4. Defi Orageux (R. Gatt)