Tuesday, May 14, 2024

Sirens FC jassiguraw is-servizzi tal-attakkant Kanadiż, David Promise

Aqra wkoll

Sirens FC assiguraw is-servizzi tal-attakkant Kanadiż, Promise Oluwatobi Emmanuel David Akinpelu, magħruf aħjar bħala Promise. Huwa ffirma kuntratt ta’ sentejn mal-club.

Iż-żagħżugħ ta’ 20 sena wasal Malta f’Jannar li għadda fejn ingħaqad ma’ Valletta fejn kellu esperjenza pożittiva. Huwa prodott ta’ Toronto FC Academy fil-Kanada, qabel lagħab ma’ Vaughan Azzurri, NK Trnje Zagreb fil-Kroazja u wara ma’ FC Tulsa fl-Istati Uniti.

Sport