Sunday, December 22, 2024

Siringi f’postijiet pubbliċi… periklu għal ħaddieħor speċjalment għat-tfal

Aqra wkoll

Għadd ta’ persuni ilmentaw minn ammont ta’ siringi li kienu mormijin fi ġnien pubbliku fir-Rabat.

Persuna li tkellmet magħna qaltilna li “hemm bżonn aktar sorveljanza f’dan il-ġnien b’mod partikolari bejn is-Sibt u  l-Ħadd. Qed jiġu għadd ta’ żgħażagħ fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu. Hemm bżonn aktar il-preżenza tal-Pulizija f’dak il-ħin”, sostna l-istess persuna. 

Intant il-ħsieb tagħna huwa li l-awtoritajiet jilqgħu dan l-appell u tiżdied is-sorveljanza mhux biss f’dan il-ġnien iżda f’postijiet oħra pubbliċi li biex xieraq jitgawdew mill-familji Maltin u Għawdxin.

F’dawn il-postijiet nafu li jattendu ħafna familji bit-tfal u dawn tal-aħħar sfortunatament mhux dejjem ikunu konxji tal-periklu li jmissu jew jippruvaw jilagħbu b’affarijiet bħal dawn.

Ekonomija

Sport