Saturday, December 21, 2024

Sirjan jammetti li ħebb għal kollega allegatament b’sikkina

Aqra wkoll

Mohamad Albador, Sirjan ta’ 38 sena ammetta quddiem il-Maġistrat Abigail Critien li ħebb għal kollega tiegħu u kkaġunalu ġrieħi gravi.

L-Ispettur Paul Camilleri li mexxa l-Prosekuzzjoni qal li dan il-każ seħħ fuq il-post tax-xogħol fejn is-Sirjan jaħdem flimkien mal-vittma f’Bormla.

Il-prosekuzzjoni qalet li l-vittma nstab mal-art b’daqqa fuq wiċċu x’aktarx li saret b’sikkina.

Il-Qorti laqgħet it-talba tad-difża għall-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet fosthom li jiddepożita l-karta tal-identità u l-passaport kif ukoll b’garanzija personali ta’ €2,000.

Is-sentenza se tingħata fil-ġranet li ġejjin.

Ekonomija

Sport