Saturday, December 21, 2024

Sirjan mixli li stupra tfajla b’diżabilità wara li offrielha rikba

Tgħid kif qabadha minn xaharha, taha daqqiet ta’ ponn, gidimha f’wiċċha u stupraha

Aqra wkoll

Sirjan ta’ 33 sena li jgħix Santa Venera, Ebrahem Hamood, baqa’ miżmum taħt arrest wara li kien mixli bi stupru ta’ tfajla b’diżabilità ta’ 25 sena. Minn dettalji li ħarġu fil-Qorti, it-tfajla ta’ 25 sena qalet f’Ġunju li għadda għall-ħabta tas-2.30 a.m hija kienet miexja lejn darha fis-Swieqi. Meta hija waslet ħdejn Pender Gardens f’Paceville waqaf vann u s-sewwieq offrielha rikba, liema offerta hija aċċettat u rikbet. 

Meta imma, din it-tfajla rat li s-sewwieq minflok saq lejn is-Swieqi dan ħadha Pembroke din talbitu biex jieqaf iżda dan sakkar il-vann. It-tfajla rrakkontat ukoll li għalkemm hija ppruvat taħrab ir-raġel qabadha minn xagħarha u wara li bdiet timbuttah taha daqqa ta’ ponn u gidmilha wiċċha. Imbagħad neħħielha l-ħwejjeġ u stupraha qabel telaq minn fuq il-post.

Il-każ qiegħed jinstema’ quddiem il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia fejn ir-raġel huwa mixli li fl-istess lejl żamm lit-tfajla kontra l-volontà tagħha u li kkaġunalha ferita ta’ natura gravi. Huwa ġie akkużat ukoll li fil-25 ta’ Ġunju ġarr sikkina mingħajr liċenzja jew permess tal-Kummissarju tal-Pulizija. 

Hamood wieġeb li ma kienx ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

Ekonomija

Sport