Friday, April 19, 2024

“Ibni sofra ħsara permenenti f’moħħu wara operazzjoni … iddeċidejt li niddedika ħajti għalih”

Ħajjet omm inbidlet wara li t-tifel tagħha sofra ħsara f’moħħu wara operazzjoni

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

L-istorja ta’ Elijah, ġuvni li għandu 16-il sena u marid, kif ukoll ta’ ommu hija waħda ta’ qsim il-qalb u fl-istess ħin tagħti ħafna kuraġġ lil ħaddieħor u tqajjem għarfien importanti dwar il-ħidma tal-carers. Elijah twieled fl-24 ta’ Marzu 2006 bil-kundizzjoni tal-Apert Syndrome, kundizzjoni rari li twassal għal anomliji fil-kranju, fil-wiċċ u fis-saqajn. L-istess kundizzjoni tirrikjedi interventi u proprju f’waħda milnn dawn l-operazzjonijiet meħtieġa f’rasu, dan il-ġuvni sofra infezzjoni kbira bil-konsegwenza li saħħtu marret lura kompletament.

Fejn qabel kien jikkomunika, jiekol u jgħin lilu nnifsu mhux ħażin, wara l-operazzjoni Elijah spiċċa fi bżonn ta’ kura 24 siegħa kuljum. Kien għalhekk li ommu ddeċidiet li tieqaf taħdem u tieħu ħsieb lil binha hija.

Il-mara rrakkontat il-ġrajja tagħha biex tqajjem għarfien tal-bżonnijiet li jkollhom tfal bħal tagħha. L-omm qalet li l-Apert Syndrome hija kundizzjoni li għandha hija wkoll u meta binha kien djanjostikat, hija kienet taf xi sfidi trid tiffaċċja miegħu fosthom il-bdil tal-ħrieqi, l-għajnuna meħtieġa biex tlibbsu u biex taħslu.

Tul it-trobbija din l-omm talbet lis-servzzi soċjali biex jassenjawlhom persuna fis-settur tas-saħħa biex tgħinha fil-kura ta’ Elijah u fil-fatt din it-talba kienet intlaqgħet. L-omm qalet li avolja binha kienet pjuttost tifel “san” hija kienet taf li kien se jkollu jagħmel operazzjonijiet varji inkluża dik jwessgħulu l-kranju ħalli moħħu jkollu l-ispazju meħtieġ biex jiżviluppa.

F’Ottubru tal-2007 saritlu din l-operazzjoni iżda sfortunatament waħda mill-apparat li wżaw kienet infettata u ma ndunawx biha. Kien hawn li Elijah sofra ħsara katastrofika f’moħħu. Hawnhekk ħajjithom inbidlet kompletament fejn l-omm toqgħod miegħu u tikkurah il-ħin kollu. Magħha, tirrakkonta din l-omm, hemm tim ta’ carers u infermiera li jagħtuh is-sostenn meħtieġ.

Din il-mara tgħidilna li x-xogħol li għandha ma’ binha huwa wieħed impenjattiv għall-aħħar u li f’dawn l-aħħar snin qiegħda tbati minn ansjetà, frustrazzjoni u dipressjoni. Iżda, minkejja t-tbatija li qegħdin jgħaddu minnha, hija mhiex se tieqaf tieħu ħsieb l-għażiż binha. 

Fir-rakkont tal-ġrajja tagħha din l-omm tqajjem għarfien ta’ kemm huwa siewi u importanti x-xogħol tal-carers u titkellem ukoll dwar in-nuqqas ta’ ħlas li għandhom dawn il-ħaddiema. Hija saħqet li l-carers mhumiex rikonoxxuti biżżejjed għall-kontribut siewi li jagħtu lis-soċjetà.

Sport