Mohamad Alswileh, Sirjan ta’ 18-il sena ,li joqgħod Birkirkara nżamm arrestat wara li dalgħodu tressaq il-Qorti mixli li wettaq atti ta’ natura sesswali fuq tfajla ta’ 17-il sena mingħajr il-kunsens tagħha.
Il-prosekuzzjoni spjegat li t-tfajla rrappurtat għall-ewwel darba fit-12 ta’ Settembru li għadda. Qalet, li minn dakinhar ‘il hawn, kien hemm seba’ okkażjonijiet oħra fejn it-tfajla rrappurtat li l-imputat avviċinaha, anke jekk dan kien ġie mwissi biex ma jkellimhiex. Fil-
L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi u d-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest. Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima, iżda, ċaħdet it-talba minħabba n-natura gravi tal-akkużi kif ukoll minħabba li l-allegata vittma hijataħt l-età u għad trid tixhed.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Christabelle Chetcuti.