Seba’ Sirjani tressqu l-Qorti fejn ġew mixlija li pprovaw jivjaġġaw minn Malta għal kapitali Belġjana – Brussell – b’dokumenti foloz. Huma kienu qed jużaw dokumenti Awstrijaċi.
Is-Sirjani ammettaw l-akkużi miġjuba kontrihom..
Skont dak li ġie pprezentat mill-pulizija, erba’ rġiel ħadu ħsieb li jorganizzaw kollox, inkluż id-dokumenti tan-nisa, filwaqt li n-nisa u t-tfal għamlu dak li qalulhom l-irġiel.
L-akkużati kienu koppja li għad għandhom tarbija ta’ seba’ xhur, koppja oħra li għandha tliet itfla kollha taħt l-għaxar snin u n-nanna tagħhom.
Fil-Qorti ħareġ li sitt minn seba’ mill-akkużati jagħmlu parti mill-istess familja. Il-prodekuzzjoni ssuġġeriet li l-irġiel jingħataw piena effettiva ta’ ħabs filwaqt li l-oħrajn jingħataw sentenza ta’ ħabs sospiż.
L-akkużti nstabu ħatja tal-akkużi kontra tagħhom u kundannat lill-irġiel sitt xhur ħabs kull wieħed filwaqt li n-nisa ngħataw sentenza ta’ ħabs sospiża għal sena. L-età tal-akkużati hija bejn 18-il sena u 59 sena.