Wednesday, April 24, 2024

Sa sena ħabs għal dawk li jinqabdu jagħmlu sess qabel iż-żwieġ fl-Indoneżja

Aqra wkoll

Il-Parlament fl-Indoneżja mistenni li jagħmel emendi fil-liġi kriminali li jekk xi ħadd jinqabad li jkun għamel is-sess qabel iż-żwieġ se jkun qiegħed jitressaq quddiem il-ġustizzja u jeħel sa sena ħabs.

Bambang Wuryanto, il-politika li qiegħed jippjana din l-emenda fil-liġi qal li l-kodiċi kriminali jistgħu jkunu mibdulin fi żmien ġimgħa.

Fatt interessanti f’din il-liġi hi li jekk tiġi approvata dawk li jistgħu jitressqu l-qorti huma kemm ċittadini tal-pajjiż kif ukoll barranin li jkunu qegħdin iżuru l-Indoneżja.

Aktar minn hekk l-irġiel u n-nisa miżżewġin se jkunu mħeġġa li jirraportaw lil żwieġhom f’każ li jkunu vittmi ta’ adulterju.

Il-liġi tgħid ukoll li l-ġenituri ta’ koppji mhux miżżewġin li jindunaw li wliedhom kellhom x’jaqsmu sesswalment ma’ xi ħadd, għandhom jirraportaw mill-ewwel.

Negozjanti fil-qasam tat-turiżmu wrew tħassib serju dwar din il-liġi minħabba li se jkun hemm nuqqas ta’ koppji li għadhom mhux miżżewġin li mhux se jmorru vaganza fl-Indoneżja.

Sport