Saturday, November 23, 2024

“S’issa” qiegħda taħdem tajjeb il-qalb ta’ ħanżir trapjantata fuq il-bniedem

Aqra wkoll

Tidher stramba imma vera li għall-ewwel darba fl-istorja tal-mediċina, kirurgi fl-Istati Uniti ta’ l-Amerka poġġew qalb ta’ ħanżir f’pazjent uman. Dan il-pazjent qed jadatta tajjeb għat-trattament fil-jiem li ilu li sarlu dan it-trapjant f’operazzjoni estremament sperimentali.

Dan l-ewwel trapjant storiku sar fuq pazjent ta’ 57 sena li kellu kundizzjoni f’qalbu li kienet ta’ theddia għal ħajtu. Huwa ingħata qalb ta’ ħanżir li kien ġenetikament  modifikat.

Filwaqt li għadu kmieni biex jingħad jekk dan it-trapjant huwiex se jirnexxi, it-tobba huma ottimisti li din l-ewwel operazzjoni tax-xorta tagħha tkun suċċess wara għexieren ta’ snin ta’ tiftix bil-għan li organi ta’ annimali jkunu użati biex jiġu salvati ħajjiet umani.

L-operazzjoni fuq dan il-pazjent saret fiċ-Ċentru Mediku tal-Universita ta’ Maryland, f’Baltimore l-Instati Uniti nhar il-Ġimgħa li għadda u damet tmien sigħat biex twettaq dan it-trapjant.

Il-pazjent, David Bennet kien jaf li m’hemm l-ebda garanzija li l-esperiment se jaħdem imma kien qed imut, ineliġibbli għal trapjant ta’ qalb ta’ bniedem u ma kellu l-ebda għażla oħra għajr li jew imut jew jagħmel dan it-trapjant.

Wara l-operazzjoni, it-obba fl-isptar ta’ Maryland sostnew li t-trapjant wera li qalb minn annimal ġenetikament modifikat tista ‘tiffunzjona fil-ġisem tal-bniedem mingħajr rifjut immedjat

Sport