Thursday, March 28, 2024

Il-każi ta’ fejqan id-doppju tal-każi ġodda reġistrati fl-aħħar sigħat

Aqra wkoll

Fl-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li l-każi attivi bħalissa huma ta’ 13,614.

Dan hekk kif mit-testijiet li saru matul l-aħħar 24 siegħa feġġew 432 każ ġdid filwaqt li 868 oħra ġew dikjarati bħala mfejqa mill-virus. 

Fl-istess waqt l-ammont ta’ pazjenti li bħalissa jinsabu l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba l-Covid-19 huma 126, b’sebgħa minnhom li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

L-ammont ta’ mwiet issa huwa ta’ 492 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa mietu anzjana ta’ 81 sena, anzjan ta’ 77 sena u anzjan ta’ 81 sena waqt li kienu pożittivi bil-virus.

Il-programm ta’ vaċċinazzjoni baqa’ għaddej b’mod tajjeb hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ b’kollox ingħataw 1,139,366 doża tal-vaċċin. Minn dawn hemm 282,983 li huma dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport