Sunday, November 24, 2024

Sitt irġiel ħatja li wettqu attakk terroristiku fl-ajruport ta’ Brussell

Aqra wkoll

Il-Qorti fi Brussell sabet sitt irġiel ħatja ta’ qtil terroristiku, aktar minn seba’ snin ilu permezz ta’ bomba fl-ajruport ta’ Brussels, fejn f’dan l-attakk kienu inqatlu 32 persuna u għadd ta’ oħrajn sfaw korruti. Wara proċess twil u 19-il jum ta’ deliberazzjonijiet, il-qorti fi Brussell tat il-verdetti tagħha ta’ ħatja lill-akkużati.

Fost dawk li kienu għaddejjin ġuri b’akkużi relatati mal-attakk terroriistiku ta’ Brussell, kien hemm min li diġà nstabu ħatja talli ħadu sehem f’attakki terroristiċi ta’ Pariġi xhur qabel.

Salah Abdeslam ta’ 33 sena ġie arrestat jiem qabel l-attentati ta’ Brussell. Huwa nstab ħati fi Franza tas-sena li għaddiet, li wettaq attakki bil-bombi u bl-armi f’Pariġi f’Novembru tal-2015 li fihom tilfu ħajjithom madwar 150 persuna.

Abdeslam kien ħarab minn Pariġi għall-Belġju wara l-attakki tas-sena 2015 u ċaħad li kien involut fl-attakki b’bombi erba’ xhur wara. Minkejja ċ-ċaħda, il-Qorti ta’ Brussell issa sabitu ħati ta’ qtil u attentat ta’ qtil fi Brussell ukoll.

Wieħed mis-sitt irġiel, Mohamed Abrini nstab ħati taż-żewġ bumbardamenti. Huwa ġie identifikat permezz ta’ filmati tac-CCTV, fejn intqal li huwa pprova jaħrab mill-ajruport ta’ Zaventem. Huwa kien ukoll fost in-numru ta’ suspettati arrestati fi Brussell ftit ġimgħat wara.

B’differenza għal Abdeslam, Abrini kien ammetta r-rwol tiegħu fl-attakki, u stqarr li ħejja l-isplussivi għall-bumbardamenti. L-erba’ iġriel l-oħra nstabu ħatja ta’ qtil terroristiku. Dawn ġew identiifikati li kienu Oussama Atar, Osama Krayem, Ali El Haddad Asufi u Bilal El Makhoukhi.

Krayem kien deher mal-bombi tal-Metro li sploda lilu nnifsu f’Maelbeek. Huwa wkoll kellu basket mimli splussivi iżda ma splodihomx. Oussama Atar, kien maħsub li ppjana l-attakki ta’ Pariġi mis-Sirja u hu maħsub li miet fis-Sirja.Żewġt irġiel, Tuneżin u Rwandan, tneħħew mill- akkużi ta’ qtil iżda nstabu ħatja li ħadu sehem f’attivitajiet terroristiċi, flimkien mas-sitta l-oħra.

L-attakki fi Brussell seħħew f’siegħa bogħod minn xulxin fit-22 ta’ Marzu tal-2016. B’kollox intużaw żewġ bomba li splodew fit-truf opposti tas-sala tat-tluq fl-ajruport ta’ Zaventem fi Brussels, fejn b’kollox tilfu ħajjithom madwar 16 -il persuna.

Imbagħad, ftit aktar minn siegħa wara, seħħet splużjoni oħra fuq ferrovija fl-istazzjon ta’ Maelbeek fil-kwartieri Ewropew ta’ Brussell, qrib l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. B’kollox mietu 16-il persuna u mijiet oħra sfaw feruti.

Sport