Sitt membri mill-kumitat tal-attività “Paqpaqli għall-Istrina” ġew ordnati biex jagħmlu 1,275 siegħa xogħol fil-komunità.
Hekk kif illum kompla jinstema l-każ, sitt membri tal-kumitat organizzattiv ammettew li b’mod involontarju wasslu biex 23 spettatur weġġgħu. Dan seħħ hekk kif Porsche li kienet qed tinstaq minn Paul Bailey, baqgħet dieħla fil-folla.
Il-membri tal-kumitat kollu kif ukoll ix-xufien innifsu kienu ġew akkużati b’diversi akkużi fosthom li b’mod involontarju waslu biex weġġgħu diversi persuni waqt l-attività “Paqpaqli għall-Istrina”.
Sa minn meta bdew l-każ huma qatt m’ammettew l-akkużi kontrihom. Kien ix-xufier l-ewwel li qal li qiegħed jammetti għal akkużi kontrih. Dakinhar hu kien ordnat li jagħmel 300 siegħa ta’xogħol fil-komunità u hu stess kien informa lill-Qorti li se jagħmel dan ma’ Puttinu Cares fir-Renju Unit.
Wara membru ieħor tal-kumitat ukoll kien ammetta l-akkużi u kien ukoll ingħata xogħol fil-komunità. Illum il-bqija tal-membri ammettew l-akkużi kollha kontrihom.