Malta temmet b’riżultat pożittiv ħafna l-parteċipazzjoni tagħha fil-Kampjonati tad-Dinja tal-Blackball 2026 li saru f’Londra bejn l-20 u t-28 ta’ Ottubru, fejn id-delegazzjoni Maltija kisbet sitt midalji, erba’ tal-fidda u tnejn tal-bronż.
Johan Attard kiseb l-ewwel fidda fil-Men’s World Grand Prix wara li wasal sal-finali, fejn tilef kontra l-Ingliż Garry Mehmet.
Midalja oħra tal-fidda waslet permezz ta’ Chaylon Castaldi fil-kompetizzjoni individwali ta’ taħt it-23 sena, li tilef finali missielta 5-4 kontra l-Franċiż Leonardo Moreira.
Jake Castaldi u Dielyn Edwards kisbu l-fidda fid-Doubles ta’ taħt it-18-il sena, filwaqt li Chaylon Castaldi u Matthias Debono għamlu l-istess fid-Doubles ta’ taħt it-23 sena..
Malta kisbet ukoll żewġ midalji tal-bronż. It-tim ta’ taħt it-18-il sena għeleb lill-Ingilterra 8-1 biex kiseb it-tielet post fid-dinja, filwaqt li t-tim A tal-irġiel għelbu lil Wales 13-3.
B’hekk, Malta għalqet il-kampjonati b’sitt midalji u wirjiet pożittivi għall-Malta Blackball Pool Federation.




