Kien għall-ħabta tat-2.45 meta sitt persuni kellhom jiddaħlu l-isptar wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Far.
Kelliem għall-pulizija qal lil dan is-sit li vann tal-għamla Renault kellha impatt ma’ vettura oħra – Isuzu elf.
Fir-Renault kien hemm tmien persuni. Ix-xufier ta’ 57 sena residenti Birżebbuġa (idaħħal l-isptar), żewġt irġiel ta’ 45 sena residenti Malta (wieħed minnhom idaħħal l-isptar), raġel ta’ 51 sena Malti (idaħħal l-isptar), raġel ta’ 26 sena Sirjan (idaħħal l-isptar), raġel ta’ 38 sena (idaħħal l-isptar), raġel ta’ 60 sena u raġel ta’ 36 min-Niger.
Fil-vettura l-oħra kien hemm ix-xufier ta’ 46 sena residenti Ħaż-Żebbuġ li wkoll id-daħħal l-isptar.
Fuq il-post marru timijiet mediċi mill-Isptar Mater Dei b’ambulanzi li assistew lill-vittmi u wara ħadu s-sitt persuni l-isptar.
It-triq tinsab magħluqa għat-traffiku filwaqt li l-pulizija qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.
Il-kundizzjoni tagħhom s’issa mhux magħrufa.
