Sunday, December 22, 2024

Sitt snin ilu xtraw caravan u bdew l-avventura tagħhom tal-ivvjaġġar … illum iqisuh bħala d-dar tagħhom

Koppja Ingliża

Aqra wkoll

Koppja Ingliża sitt snin ilu bdiet l-avventura tagħha fl-ivvjaġġar ta’ pajjiżi differenti b’caravan u saħansitra llum il-ġurnata saru jaħdmu u jgħixu fih.

Kollox beda fl-2017, qalet il-midja Ingliża Metro, meta Kate Kennedy minn Leeds (l-Ingilterra), talbet ġimagħtejn leave mix-xogħol biex issiefer mal-partner tagħha Steve u t-talba tagħha ġiet miċħuda. F’dak il-punt, hi fl-età ta’ 24 sena flimkien ma’ Steve li dak iż-żmien kellu 45 sena, iddeċidew li jitilqu mix-xogħol u jibdew iduru d-dinja.

Ritratt: Kate Kennedy

F’temp ta’ sitt snin irnexxielhom iżuru t-Turkija, il-Greċja, l-Italja u s-Slovenja, u llum il-ġurnata qed jaħdmu b’sigħat flessibbli ħafna mill-caravan stess fejn normalment jibdew il-ġurnata tax-xogħol mal-4:00 a.m. u jqassmu t-tmien sigħat tal-ġurnata tax-xogħol kif ikun konvenjenti għalihom. Il-koppja qed tippjana li żżur l-Afrika Ta’ Fuq, fosthom il-Marokk.

L-ewwel darba li krew il-caravan biex marru Ruma. Ritratt: Kate Kennedy

Kate u Steve saru jafu lil xulxin fl-2011. Wara l-ewwel sitt xhur fir-relazzjoni tagħhom, kienu siefru Ruma għal vaganza u krew caravan. Tant kellhom esperjenza sabiħa li appena waslu d-dar mis-safra ddeċidew li jixtru caravan biex jibdew iduru mal-Ewropa fil-jiem tal-leave. Appena xtrawh bdew iqattgħu l-vaganzi tagħhom iduru pajjiżi differenti, fosthom: l-Italja, is-Slovenja u t-t-Turkija. Fi żmien il-pandemija ovvjament kellhom jiċċaħħdu mis-safar għal xi żmien sakemm f’Diċembru tal-2021 marru Tarifa, fi Spanja.

Eventwalment xtraw caravan ikbar li llum il-ġurnata sar id-dar tagħhom: “Il-vann li għandna mhux sempliċiment mezz ta’ trasport li jwassalna minn post għall-ieħor — huwa d-dar tagħna. Investejna fih bħal kwalunkwe persuni oħra li jinvestu fid-dar tagħhom … Ħajjitna qiegħda hawn”.

Ekonomija

Sport