Wednesday, April 24, 2024

“Ix-xemgħat intfew, ir-ritratt tneħħa … se nibqa’ nixgħel it-tama għal iktar sigurtà fuq il-post tax-xogħol”

Isabelle Bonnici, omm Jean Paul Sofia

Aqra wkoll

Filwaqt li rringrazzjat lil kull min wera s-sapport tiegħu u lil dawk li kien beħsiebhom imorru jpoġġu xemgħa biswit ir-ritratt ta’ binha, omm Jean Paul Sofia b’dispjaċir ħabbret fuq il-midja soċjali li “fis-satra tal-lejl tneħħa kollox”.

Dan wara li fl-aħħar sigħat poġġiet ritratt ta’ binha quddiem kastilja u appellat lill-poplu biex jixgħel xemgħa quddiem l-istess ritratt.

Madankollu, hija saħqet li dan l-aġir li seħħ mal-lejl mhux se jaqtgħalha qalbha; anzi pjuttost il-kuntrarju: “Id-dawl tax-xemgħat intfew, ir-ritratt tneħħa, imma jien se nibqa’ nixgħel it-tama għal iktar sigurtà fuq il-post tax-xogħol u biex issir ġustizzja”.

Fl-aħħar tal-kitba tagħha, hija talbet lill-poplu Malti sabiex jibqa’ magħqud bħala poplu wieħed, poplu li fih ikun isaltan “il-kulur tal-imħabba”.

Sport