Saturday, November 23, 2024

Sitwazzjoni allarmanti fl-Ewropa hekk kif l-iffullar fil-bajjiet kompla jiżdied

Aqra wkoll

Uffiċjali u professjonisti tas-saħħa jinsabu mħassba wara li l-għadd ta’ persuni li rħewlha lejn il-bajjiet fit-Tramuntana tal-Ewropa komplew jiżdiedu. Dan hekk kif diversi pajjiżi qegħdin jirrillaxxaw il-miżuri tal-lockdown u t-temperaturi qed jiffavorixxu dawn it-tip ta’ postijiet.

Tliet irħula fi Franza ddeċidew li jagħlqu l-aċċess għall-bajjiet minħabba atteġġjament “inaċċettabbli” minn persuni li ma osservawx id-distanza soċjali. Fl-Ingilterra mhux eskluż li jittieħdu l-istess deċiżjonijiet dan hekk kif ħafna persuni nġabru fil-bajjiet u ma kinitx qed tiġi osservata d-distanza soċjali.

In-numru ta’ każijiet ta’ Covid-19 madwar id-dinja qabeż il-ħames miljuni, iżda n-numru ta’ każijiet ġodda beda jonqos f’diversi pajjiżi Ewropej.

Sport