Il-manager ta’ Bayern Munich, Julian Nagelsmann, intlemaħ fuq jott privat lussuż mal-maħbuba l-ġdida tiegħu ġimgħat biss wara li nfired minn ma’ martu wara 15-il sena flimkien.
Il-coach Ġermaniż ta’ 34 sena beda joħroġ ma’ Lena Wurzenberger, ġurnalista tal-isport ta’ 30 sena għall-akbar gazzetta tal-Ġermanja BILD, li twaqqfet milli tkompli ssegwi lil Bayern Munich wara li ġiet żvelata n-natura vera tar-relazzjoni tagħhom.
Huma dehru inseparabbli hekk kif it-Tlieta dehru jitbewsu fuq il-jott ‘il barra mill-kosta ta’ Ibiza.
Nagelsmann qed igawadi ftit mistrieħ wara l-ewwel sena tiegħu bħala l-coach ta’ Bayern.
Aktar kmieni dan ix-xahar, Nagelsmann issepara minn ma’ martu Verena li kien żżewweġ fl-2018.
Bild imbagħad ħabbret li Wurzenberger kienet twaqqfet ‘b’effett immedjat’ milli ssegwi liċ-champions Ġermaniżi wara li skopriet r-relazzjoni tagħhom li qabel kienet sigrieta.
Il-ġurnalista ta’ 30 sena qabel kienet issegwi lil Werder Bremen qabel ma marret Munich fejn ilha ssegwi liċ-champions Ġermaniżi għal dawn l-aħħar sentejn.
Jingħad li Nagelsmann kien ħerqan li jżomm ir-relazzjoni tagħhom privata, peress li hija magħrufa sew fost il-players ta’ Bayern mill-‘intervisti bla għadd’ tagħha magħhom.
Għal edizzjoni reċenti ta’ BILD, hija intervistat lill-istilla Sadio Mane wara li ngħaqad ma’ Bayern Munich għas-somma ta’ £35 miljun mingħand Liverpool.