Tuesday, December 24, 2024

Skarsezza ta’ mediċini għal mard tan-nifs fir-Renju Unit

Aqra wkoll

Ir-Renju Unit fl-aħħar ġimgħat kien qed jiffaċċja problema ta’ skarsezza ta’ mediċini essenzjali għall-fejqan u s-slavazzjoni tal-ħajja tal-pazjenti. Fost dawn il-mediċini li kienu nieqsa fl-isptarijiet tal-Iskema Nazzjonali tas-Saħħa (NHS) kien hemm dik użata biex iżżomm ħajjin pazjenti li huma f’riskju li jmutu minħabba li ma jistgħux jieħdu n-nifs mingħajr intervent mediku.

Skont rapporti li dehru fil-ġurnali t-tobba fl-isptarijiet ġew ordnati biex jirrazzjonaw l-użu tal-forma likwida ta’ salbutamol, li għandha rwol vitali fit-trattament ta’ nies li jbatu minn attakki severi ta’ ażżma jew mard pulmonari ostruttiv kroniku (COPD), li jinvolvi enfisema jew bronkite kronika.

L-NHS England stess wissiet li stokk ta’ kunjetti ta’ doża ta’ 2.5mg ta’ likwidu salbutamol kienu baxxi filwaqt li dawk ta’ 5mg huma “out of stock” sa nofs April 2024. L-iskarsezza kienet tant akuta li l-isptarijiet ġew avżati biex jagħmlu ordnijiet urġenti għal importazzjonijiet ta’ likwidu tan-nebulizer ta’ salbutamol u biex ma jistennewx sakemm il-provvisti attwali jiġu eżawriti.

Il-gazzetta The Guardian żvelat f’Jannar li għdda li n-nuqqas ta’ mediċini u pilloli fir-Renju Unit kien laħaq livelli rekord u qanqal biża’ fost it-tobba li l-ħajja tal-pazjenti tista’ titqiegħed f’riskju.

Tabib speċjalizzat tal-pulmun li juża regolarment in-nebuli tas-salbutamol meta l-pazjenti ma jkunux jistgħu jieħdu n-nifs, qal li din is-sitwazzjoni hija nkwetanti.

L-iskarsezza kienet tinvolvi biss nebules, jew kunjetti, ta’ salbutamol li jinbiegħ taħt diversi ismijiet tad-ditta Ventolin. Il-pazjenti jitpoġġew fuq nebulizzatur tas-salbutamol meta l-inalazzjoni ripetuta tal-mediċina permezz ta’ tubu ma tkunx għenithom jerġgħu jiksbu l-kapaċità li jieħdu n-nifs b’mod indipendenti.

Dr Tim Cooksley, eks-president tas-Soċjetà għall-Mediċina Akuta, stqarr li s-salbutamol li huwa komunement użat biex jikkura pazjenti bi problemi akuti tan-nifs, m’hemmx alternattiva għaliha. Hija parti importanti mill-prattika ta’ kuljum u hemm riskju ta’ ħsara sinifikanti lil dawn il-pazjenti jekk il-kwistjonijiet tal-provvista ma jiġux solvuti malajr.

L-organizzazzjoni tal-karità Asthma and Lung UK poġġiet messaġġ fuq il-websajt tagħha li kkonferma li l-provvista ta’ likwidu tan-nebulizzatur ta’ salbutamol hija limitata fir-Renju Unit.

Sadanittant, kelliem tal-NHS qal li t-tfixkil li kien hemm riċentement għal żmien qasir fil-provvista tal-likwidu tan-nebulizzatur tas-salbutamol, issa ġie solvut. Skont l-istess kelliem, din l-iskarsezza kienet ikkawżat minn fornitur wieħed li esperjenza problema ta’ manifattura.

Ekonomija

Sport