Friday, December 13, 2024

Skart tal-kostruzzjoni u t-twaqqigħ: it-triq ’il quddiem

Aqra wkoll

Wara proċess ta’ konsultazzjoni pubblika, l-Istrateġija tal-Iskart tal-Kostruzzjoni u t-Twaqqigħ għal  Malta (2021-2030) qed tiġi adottata mill-Gvern. 

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia flimkien  mad-Deputat Direttur tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) Kevin Mercieca. 

L-iskart tal-kostruzzjoni u t-twaqqigħ (C&D) huwa l-akbar skart fl-UE li jirrappreżenta madwar terz  tal-iskart kollu ġġenerat. Minħabba dan, l-UE rrikonoxxiet il-ħtieġa għal titjib fil-kwalità tar-riċiklaġġ  u l-irkupru ta’ dan l-influss ta’ skart u żiedet id-domanda għall-materja prima u sekondarja. 

Il-Ministru qal li din l-istrateġija tfasslet mill-ERA b’kollaborazzjoni mal-Ministeru biex tindirizza  dan l-influss ta’ skart, biex pajjiżna jkompli miexi lejn ekonomija aktar ċirkolari. 

“L-istrateġija għandha l-għan li tindirizza b’mod ħolistiku l-kwistjonijiet attwali fi ħdan is-settur kif  ukoll tenfasizza l-miżuri fl-immedjat kif ukoll dawk fit-tul li jistgħu jiġu adottati biex nitbiegħdu mill prattika tal-irdim u nimxu lejn l-użu tar-riċiklaġġ. Din l-istrateġija mutur li se jmexxina lejn bidla fil kultura u fl-imġiba fix-xogħol ta’ tħaffir, twaqqigħ u kostruzzjoni. B’kuntrast għal gvernijiet  preċedenti, li mhux biss abbużaw iżda fallew milli jirregolaw settur importanti, dan il-gvern qed jieħu  deċiżjonijiet kuraġġużi u jagħti r-riżultati li l-poplu jistenna,” qal il-Ministru Farrugia. 

L-istrateġija tidentifika erba’ oqsma li huma kruċjali għall-immaniġġjar tal-iskart tal-kostruzzjoni u  t-twaqqigħ: 

1. Ippjanar u disinn: Mira lejn l-industrija tal-kostruzzjoni b’miżuri speċifiċi li għandhom l-għan  li jindirizzaw il-problema fis-sors permezz ta’ twaqqigħ u bini sostenibbli; 

2. Immaniġġjar tal-iskart: Jelenka miżuri speċifiċi biex itejbu il-loġistika tal-iskart kemm fis-sit tal-iżvilupp kif ukoll barra mis-sit; 

3. Immaniġġjar tal-Kwalità: Tiffoka fuq miżuri biex tiżdied il-fidjuċja fil-prattiċi tal immaniġġjar tal-iskart tal-C&D kif ukoll it-titjib tal-kwalità tal-materjali riċiklati tal-C&D;

4. Qafas politiku u regolatorju: Jittratta t-titjib fil-politika u l-kundizzjonijiet biex tinkiser ir rabta bejn l-iżvilupp u l-ġenerazzjoni tal-iskart. 

L-istrateġija se tikkonsisti f’numru ta’ miżuri ewlenin li se jitwettqu matul is-snin.

Il-miżuri jinkludu: 

1. Twaqqif ta’ standards għall-industrija tal-kostruzzjoni 

2. Introduzzjoni ta’ qafas regolatorju ġdid li jindirizza l-immaniġġjar ta’ skart C&D 3. Titjib fil-klassifikazzjoni u separazzjoni tal-iskart mis-sors 

4. Esplorazzjoni fir-rigward tat-twaqqif ta’ depożiti ta’ rkupru u ħażna ta’ riżorsi biex  tippromwovi infrastruttura ta’ riċiklaġġ 

5. Esplorazzjoni u identifikazzjoni ta’ mekkaniżmi biex tissaħħaħ l-implimentazzjoni tal prinċipju li min iniġġes iħallas (PPP) 

6. Miri ta’ użu mill-ġdid u riċiklaġġ 

7. Infurzar ta’ rkupru permezz tar-restawr ta’ spazji vojta 

“Bħala Gvern qed nappellaw lill-awtoritajiet kompetenti, u lill-partijiet interessati u rilevanti fl industrija biex jimpenjaw ruħhom għall-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija. Il-parteċipazzjoni  tagħkom hija essenzjali għall-implimentazzjoni tagħha kif ukoll għall-viżjoni tagħna lejn tranżizzjoni  ekoloġika u ekonomija ċirkolari,” qal il-Ministru Farrugia.

Ekonomija

Sport