Saturday, May 4, 2024

Skont riċerka l-inbid inaqqas filwaqt li l-birra żżid ir-riskju tal-infezzjoni tal-Covid

Aqra wkoll

Skont riċerka li saret, l-inbid aħmar jgħin biex inaqqas ir-riskju tal-infezzjoni tal-Covid-19. Skont l-istess studju, persuni li jixorbu aktar minn ħames tazzi inbid fil-ġimgħa għandhom 17 fil-mija anqas riskju li jaqbadhom il-virus.

L-esperti qegħdin jemmnu li dan iseħħ kawża tal-kontenut tal-Polifenoli li għandu t-tendenza li jwaqqaf l-effett ta’ virus bħalma huma l-irjiħat u infezzjonijiet respiratorji.

Dawk li jixorbu l-inbid abjad u jikkunsmaw bejn tazza u erba’ tazzi fil-ġimgħa għandhom 8 fil-mija anqas ċans li jaqbadhom il-virus meta kkumparati ma’ dawk li ma jixorbux.

Minn naħa l-oħra dawk li jixorbu birra jew ciders kellhom kważi 28 fil-mija aktar ċans li jlaqqtu l-virus u l-ammont ta’ konsum ma jaffettwax dan il-perċentwal.

Dawn il-figuri mis-sistema ta’ UK Biobank ġew ukoll analizzati fl-Isptar Shenzhen Kangning fiċ-Ċina.

Sport