VALLETTA PEAK INSURANCE….8
SLIEMA NEXAWIN…………….. 27
(2-5, 2-8, 2-6, 2-8)
Sliema kisbu t-tielet rebħa konskeuttiva biex saħħew it-tini post meta kisbu rebħa faċli ta’ 27-8 fuq Valletta.
Is-Slimiżi għamlu l-‘en plain’ meta rebħu l-erba’ sessjonijiet li huma bl-iskors rispettivi ta’ 5-2, 8-2, 6-2 u 8-2.
Ghal Sliema spikka ferm iż-żagħżugħ Elijah Schembri li skorja xjen inqas minn sitt goals, waqt li għal Valletta l-iskorers kienu Jacob Sciberras, Chmyr, li kien qed jiddebutta għalihom u Matthew Chircop li rreġistraw doppjetta personali, waqt li Max Zammit u Jake Colombo skorjaw goal kull wieħed.




