Thursday, July 16, 2026
Home Sport Sirens jegħlbu lil San Ġiljan għat-tieni darba u jikkundannawhom għat-tielet telfa konskeuttiva

Sirens jegħlbu lil San Ġiljan għat-tieni darba u jikkundannawhom għat-tielet telfa konskeuttiva

0
1
ritratt: Mark Mangion

SIRENS BUILD FITNESS…….. 18

SAN ĠILJAN MAA DAIKIN….. 13

(6-3, 5-3, 3-4, 4-3)

Sirens għelbu lil San Ġiljan għat-tieni darba fil-kampjonat, din id-darba bl-iskor ta’ 18-13, biex wara telfiet kontra Sliema u Neptunes, ikkundannawhom għat-tielet telfa konsekuttiva.

Detrimentali għall-Ġiljaniżi reġa’ kien il-fatt li reggħu kellhom jgħaddu mingħajr is-servizzi ta’ Jake Tanti, Jake Bonavia, Ben Plumpton u Jeremy Abela li kienu sospiżi, għalkemm irritorna għalihom il-captain Matthew Zammit wara li serva logħba sospensjoni kontra Neptunes.

Sirens rebħu l-ewwel, it-tieni u r-raba’ sessjoni bl-iskors rispettivi ta’ 6-3, 5-3 u 4-3, bis-Saints jirbħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 4-3.

Għal Sirens l-aqwa skorer kien is-solitu player Ungeriż Daniel Angyal b’sitt goals,  waqt li għal San Ġiljan spikka ferm il-Kroat Kragic li skorja ħames goals.

Sirens: N. Grixti, D. Angyal (6), A. Galea (1), G. Pace, J. Zerafa Gregory (1), K. Agius (1), M. Ortoleva (1), I. Riolo (1), P. Serracino, M. Sciberras (2), Z. Mizzi (2), G. Farrugia, A. Theuma, M. Mifsud (3), A. Dimech

San Ġiljan: K. Manara, J. Muscat (2), J. Marinic-Kragic (5), N. Schiavone, R. Caruana (1), M. Zammit (2), J. Busuttil, G. Pisani, G. Borg, N. Zammit (2), D. Zammit, A. Fenech (1), A. Muscat, L. Dimech, D. Bugeja

Referees: Andrea Rondini, Alex De Raffaele

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here