Thursday, July 16, 2026
Home Internazzjonali Protesti fl-Ukranja wara li Zelensky keċċa lill-Ministru tad-Difiża

Protesti fl-Ukranja wara li Zelensky keċċa lill-Ministru tad-Difiża

0
2

Eluf kbar ta’ persuni niżlu fit-toroq tal-kapitali Ukrena biex jipprotestaw kontra d-deċiżjoni tal-President Volodymyr Zelensky fejn keċċa lill-Ministru tad-Difiża Mykhailo Fedorov mill-kariga.

B’insulti kontinwi lejn il-President Zelensky id-dimostranti talbu biex Fedorov jerġa’ jingħata l-kariga b’mod immedjat. Min-naħa tiegħu l-President Zelensky s’issa ma ta l-ebda raġuni għaliex il-Ministru tad-Difiża kien tkeċċa mill-kariga.

Kien f’Jannar li għadda meta Fedorov li għandu 35 sena kien ingħata din il-kariga wara li Zelensky kien biddel ħafna mill-ministri tiegħu minħabba allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here