Wednesday, July 1, 2026

Sliema jirbħu l-Kampjonat tal-Beach Soccer tal-Irġiel

Aqra wkoll

Sliema rebħu l-Kampjonat Nazzjonali tal-Beach Soccer tal-Irġiel meta fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa, huma għelbu lil La Playa de Arena 3-1 wara l-ħin barrani.

Kienet logħba ferm interessanti biż-żewġ naħat li ħolqu diversi okkażjonijiet ta’ skor u bil-konfront li wara 36 minuta spiċċa fi draw ta’ 1-1. Kien fil-ħin barrani li s-Slimiżi skorjaw żewġ gowls sabiex żammew it-titlu li rebħu fis-sajf li għadda.

Sliema marru minn fuq permezz ta’ Mantas Makutunovicius li dar tajjeb u b’xutt tajjeb għeleb lil Jonathan Grech.

La Playa de Arena ġabu l-iskor indaqs wara li ngħataw freekick li ġie skorjat minn Karl Caruana.

Il-logħba marret għall-ħin barrani u kien hawn li l-Blues skorjaw żewġ gowls oħra, l-ewwel permezz ta’ Mantas Makutunovicius li b’hekk irreġistra doppjetta personali u aktar tard mill-plejer veteran Mark Camilleri li ssiġġilla r-rebħa finali.

Fi tmiem il-konfront il-president tal-Malta Beach Soccer Association Mauro Camilleri Darmanin ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Sliema Matthew Agius.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport