Thursday, December 26, 2024

Sliema W. jegħlbu lil Zabbar SP b’żewġ goals fl-ewwel taqsima

Aqra wkoll

Sliema Wanderers …….2

Zabbar St Patrick ……..0

Minn Cristian Muscat

Sliema Wanderers ftit li xejn tħabtu biex għelbu lit-team ta’ qiegħ il-klassifika, Zabbar St Patrick, bl-iskor ta’ 2-0 biex laħqu lil Floriana fit-tieni post b’dawn tal-aħħar iridu jirkupra partita meta llum jilagħbu kontra Marsa­xlokk.

Din il-partita mmarkat l-ewwel partita fuq il-bank għall-kowċ il-ġdid ta’ Zabbar, it-Taljan Aniello Parisi.

Kienu Zabbar li ħolqu l- ewwel periklu meta fis-sitt minuta, Marcelo Barros Santos kellu xutt  mid-distanza li għadda ftit barra.

Sliema wieġbu erba’ minuti wara permezz ta’ free-kick ta’ Mohamed Awad li ġie mdawwar f’corner b’diffikul­tá mill-goalkeeper, Matthew Grech.

Mill-corner li rriżulta, JEAN BORG kien fil-post it-tajjeb biex tefa’ l-ballun fix-xibka.

Fit-32 minuta, il-Wanderers irduppjaw meta f’azzjoni maħduma b’mod brillanti, SIMON ZIBO, b’eleganza u permezz ta’ xutt minn barra l-kaxxa tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Ħames minuti wara, Wescley Matos Da Silva għola tajjeb u d-daqqa ta’ ras tiegħu stampat mal-mimduda.

Il-Blues komplew jassedjaw il-lasti avversarji u, fit-43 minuta, Myles Beerman ittanta xortih permezz ta’ xutt mid-distanza li iżda sab lill-goalkeeper Żabbari  attent u dawwar tajjeb f’corner.

Il-ftuh tat-tieni taqsima kien wieħed ferm kwiet u nieqes minn kull emozzjoni.

Dan sal-71 minuta meta ż-Żabbarin spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa Strahinja Jovancic wara li rċieva żewġ karti sofor fil-partita.

B’żewġ goals vantaġġ u bil-partita prattikament mirbuħa u mitlufa, il-Wanderers baqgħu territorjalment l-aħjar u bdew jikkontrollaw kull sitwazzjoni mingħajr wisq tbatija.

Kien fil-ħin miżjud li huma setgħu skorjaw it-tielet goal iżda Ubada Hijazi waħdu quddiem Grech ra lill-goalkeeper Żabbari jsalva t-tentattiv tiegħu.

SLIEMA W.: 12-Kelvin Emeka Agu, 2-Jean Borg, 7-Adam Magri Overend, 9-Vito Plut (10-Samuel Gomes Da Mata 85), 11-Myles Berrman, 15-Gustavo Alcino, 18-Sergio Filipe Ramos Da Silva (5-Neil Frendo 74), 20-Wescley Matias Da Silva, 22-Cain Attard, 42-Simon Zibo, 77-Mohamed Awad (21-Ubada Hijazi 91) – Coach: Paul Zammit

ZABBAR SP: 24-Matthew Grech, 4-Miguel Azzopardi (16-Isaac James Davey 46), 7-Maritim Augusto Ferreira (13-Zachary Grech 46), 8-Wallace Bonilha Felix, 9-Sean Gatt (11-Stefan Ilic 68), 19-Diogo Joao Tavares, 21-Strahinja Jovancic, 23-Leonardo Agius (5-Jake Micallef 76), 28-Vinicius De Paiva, 55-Dorde Jovicic, 95-Marcelo Barros Santos (3-Samuel Brenden Davey 83)   – Coach: Aniello Parisi

REFEREE: Matthew Degab­riele

ASS. REFEREES: urgen Spiteri, Shaun Calleja

RABA’ UFF: Daniel Casha

SKORERS: J. Borg 11, S. Zibo 32 (SW)

AMMONITI: D. Jovicic, S. Jovancic (2), I. J. Davey (ZSP), V. Plut (SW)

TKEĊĊA: S. Jovancic 71 (Z)

Ekonomija

Sport