Sunday, December 22, 2024

Sliema Wanderers isaħħu t-tielet post

Aqra wkoll

Marsaxlokk ……..1

Sliema W. ………..2

Sliema Wanderers dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Mar­saxlokk bl-iskor ta’ 2-1 u saħħew it-tielet post.

Marsaxlokk fetħu l-iskor wara disa’ minuti meta Fernando Gomes għadda lejn YURI DE JESUS MESSIAS, li minn pożizzjoni ideali tefa’ ġewwa.

Fl-20 minuta, Sliema għamlu l-iskor indaqs meta Denis Kouao xeħet cross mix-xellug fid-direzzjoni ta’ SAMUEL GOMES DA MATA li b’daqqa ta’ ras preċiża tefa’ ġewwa.

Sliema komplew jiddominaw u  fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, Joachim Adukor kellu xutt salvat minn Drobnjak.

Fit-53 minuta, Sliema kienu sfortunati meta Geoffrey Acheampong ġie mċaħħad mill-mimduda.

Peró, fis-60 minuta, huma marru fil-vantaġġ permezz ta’ JOACHIM ADUKOR li xeħet fir-rokna tax-xibka.

Marsaxlokk: 95-Marko Drobnjak, 4-Karl Micallef, 8-Jake Ghio (7-Nevin Portelli 75), 9-Fabricio Brener (17-Jacob Walker 65), 10-Yuri Messias, 26-Sami El Anabi (99-Anthony Obongwu 65), 27-Leandro Aguirre, 28-Nikola Raden, 30-Ryan Scicluna, 88-Sunday Akinbule, 94-Fernando Gomes

Sliema W.: 22-Rashed Al Tumi, 2-Jean Borg, 6-Joseph Minala, 9-Vito Plut (13-James Arthur 81), 10-Samuel Gomes Da Mata (19-Daniil Kondrakov-70), 11-Myles Beerman, 15-Gustavo Alcino, 20-Denis Kouao (21-Neil Frendo-70), 25-Joachim Adukor (18-Edmond Agius-80), 31-Henrique Murilo, 33-Geoffrey Acheambong (13-Jake Engerer 92)

Referee: Malcolm Spiteri

Ass. Referees: Alan Camilleri, Mitchell Scerri

Raba’ Uffiċjal: Daniel Portelli

Skorers: Y. De Jesus Messias 10 (M), S. Gomes Da Mata 20, J. Adukor 60 (S)

Ammoniti: L. Aguirre, N. Raden, R. Scicluna (M), J. Minala, S. Gomes Da Mata, J. Adukor (S)

Player tal-Logħba: Joachim Adukor (S)

Ekonomija

Sport