Birkirkara ……..0
Sliema W. ……..1
Minn Cristian Muscat
Sliema Wanderers ikkundannaw lil Birkirkara għat-tielet telfa konsekuttiva meta għelbuhom bl-iskor minimu ta’ 1-0, bil-goal tant importanti għalihom jasal mill-Player tal-Logħba, Mohamed Awad fl-ewwel taqsima, eżattament fis-36 minuta.
B’hekk, il-Wanderers komplew bis-sensiela ta’ ħames rebħiet infila biex telgħu fl- ewwel post tal-klassifika.
Għal din il-partita, il-coach Taljan ta’ Birkirkara, Stefano De Angelis, kellu biċċa uġigħ ta’ ras hekk kif kellu jgħaddi mingħajr is-servizzi tal-erba’ players Maxuell Maia, Alex Satariano, Neil Micallef u Alessandro Coppola, minħabba li lkoll kienu sospiżi.
Min-naħa l-oħra, il-coach ta’ Sliema, Paul Zammit, wettaq bidla waħda fil-formazzjoni inizjali mill-partita preċedenti, fejn Mohamed Awad beda minflok Steve Pisani.
Kienu Birkirkara li ħolqu l-ewwel periklu fis-sitt minuta meta xutt minn barra l-kaxxa ta’ Paul Mbong għadda ftit barra.
Sliema wieġbu fl-24 minuta meta xutt mid-distanza ta’ Simon Zibo intemm ferm għoli.
Fis-36 minuta, huma fetħu l-iskor meta Vito Plut ipprovda l-assist lil MOHAMED AWAD li mill-viċin spara l-ballun fis-saqaf tax-xibka.
L-azzjoni denja ta’ nota sussegwenti waslet biss mas-siegħa logħob bi Sliema jkunu huma li ħolqu l-periklu, meta Wescley avvanza tajjeb fil-kaxxa iżda kellu x-xutt mill-viċin jintemm ftit barra.
Is-Slimiżi komplew jippressaw u għaxar minuti wara Vito Plut kellu t-tentattiv tiegħu mill-viċin salvat bir-ras minn fuq il-linja mid-difensur Bulgaru ta’ Birkirkara, Tomislav Papazov, biex salva goal ċert.
Birkirkara wieġbu fl-74 minuta iżda x-xutt ta’ Kemar Reid kien wisq dgħajjef.
Huma komplew jagħfsu u fid-89 minuta, Reid kien sfortunat meta kellu x-xutt tiegħu mill-viċin imblukkat minn sieħbu stess Brian Guy Esalo, b’din l-azzjoni tisfuma fix- xejn.
BIRKIRKARA: 1-Giacomo Volpe, 3-Ignacio Manuel Morello, 5-Agustin Sandona, 7-Alex Da Paixao Alves (92-Nicholas James Agius 46), 8-Paul Mbong, 9-Kemar Reid, 10-Shaun Dimech (6-Pablo Leonel Gaitan 63), 13-Tomislav Papazov, 30-Nathan Cross, 59-Stephane Donovan Makoma (15-Brian Guy Esalo 87), 93-Gislain Yikpe – Coach: Stefano De Angelis
SLIEMA W.: 12-Kelvin Emeka Agu, 2-Jean Borg, 7-Adam Magri Overend, 9-Vito Plut (10-Maksym Priadun 83), 11-Myles Beerman, 15-Gustavo Alcino, 20-Wescley (5-Neil Frendo 83), 31-Henrique Murilo, 33-Geoffrey Edwin Achempong, 42-Simon Zibo, 77-Mohamed Awad – Coach: Paul Zammit
REFEREE: Slobodan Petrovic
ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Mark Ciantar
RABA’ UFF: Ishmael Barbara
SKORER: M. Awad 36 (SW)
AMMONITI: Wescley (SW), G. Yikpe (B)