Zabbar SP ……1
Sliema W. ……0
Minn Cristian Muscat
Zabbar St Patrick wettqu sorpriża kbira meta fl-ewwel partita tal-Closing Round tal-Malta Premier League għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor ta’ 1-0.
Din ir-rebħa kienet l-ewwel waħda taż-Żabbarin fuq is-Slimiżi fl-istorja tal-kampjonat Malta meta minn 18-il partita waslu biss sa draw, reġistrat, nhar l-1 ta’ Ottubru, 1972, bl-iskor ta’ 1-1.
Għal Zabbar SP, iddebutta d-difensur Jurgen Pisani wara li ngħaqad magħhom mingħand Gzira United fil-jiem li għaddew, waqt li għall-Wanderers għamel id-debutt tiegħu Kyrian Nwoko wara li ngħaqad magħhom mingħand Floriana.
Kien biss fid-29 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota fil-partita meta Geoffrey Acheampong ittanta xortih b’xutt angolat li għadda ftit barra.
Sliema komplew fuq l-offenisva u fid-39 minuta freekick insidjuż ta’ Steve Pisani għadda tul il-lasta imma ma sab lil ħadd biex jikkonkludi.
Zabbar wieġbu għall-ewwel darba fil-41 minuta permezz ta’ xutt mid-distanza ta’ Dorde Jovicic bil-goalkeeper Slimiz, Kelvin Emeka Agu, jsalva tajjeb f’corner. Mill-corner li rriżulta, mogħti minn Stefan Ilic, kien STRAHINJA JOVANCIC li b’daqqa ta’ ras preċiża tefa’ l-ballun fix-xibka.
Fl-44 minuta Simon Zibo tefa’ barra mill-viċin wara li rċieva mingħand Jean Borg, waqt li fil-ħin miżjud l-istess Zibo kellu goal imħassar għal offside.
Fit-73 minuta, il-goalkeeper ta’ Zabbar, Matthew Grech, kien strumentali hekk kif salva f’corner xutt ta’ Acheampong. Tliet minuti wara, Grech rega’ wettaq save tajjeb fuq tentattiv ta’ Mohamed Awad, waqt li fit-80 minuta, Grech salva mingħajr wisq tbatija l-free-kick ta’ Acheampong.
Fid-89 minuta, Sliema spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa Henrique Murilo permezz ta’ karta ħamra diretta wara li deher jagħti daqqa lil Kristian Keqi.
ZABBAR SP: 24-Matthew Grech, 5-Jake Micallef, 8-Felix Wallace Bonilha, 11-Stefan Ilic (16-Izaak Etim Akpan 83), 13-Zachary Grech, 17-Jurgen Pisani, 19-Diogo Joao tavares, 21-Strahinja Jovancic, 28-Vinicius De Paiva, 30-Kristian Keqi (Maritim Augusto Ferreira 92), 55-Dorde Jovicic (9-Sean Gatt 83) – Coach: Aniello Parisi
SLIEMA W: 12-Kelvin Emeka Agu, 2-Jean Borg, 7-Adam Magri Overend, 9-Vito Plut, 11-Myles Beerman (14-Nicholas Strickland 90), 15-Gustavo Alcino (5-Neil Frendo 81), 20-Wescley (77-Mohamed Awad 64), 31-Henrique Murilo, 33-Geoffrey Edwin Acheampong, 42-Simon Zibo (21-Kyrian Nwoko 81), 70-Steve Pisani – Coach: Paul Zammit
REFEREE: Glen Tonna
ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Max-Lee Muscat
RABA’ UFF: Emanuel Grech
SKORER: S. Jovancic 42 (ZSP)
AMMONITI: J. Pisani, D. J. Tavares, I. E. Akpan (ZSP), G. Alcino, S. Zibo (SW)
TKEĊĊA: H. Murilo 89 (SW)