Saturday, March 15, 2025

Slot jappella lill-bord tad-diretturi biex iżommu lil Van Dijk

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ Liverpool Arne Slot tkellem bl-aktar mod miftuħ mal-bord tad-diretturi tal-klabb fejn qal li jrid akkost ta’ kollox li jżommu lid-difensur internazzjonali Olandiż Virgil Van Dijk. Dan tal-aħħar għandu 33 sena u qed jissemma’ li se jitlaq lir-Reds sabiex imur jilgħab ma’ Al Hilal fl-Arabja Sawdija fejn hu mwiegħed kemxa ġmielha ta’ flus.

Slot qal li jrid lil Van Dijk minħabba l-istil ta’ logħob li għandu fid-difiża apparti li joffri esperjenza u serħan il-moħħ f’dan id-dipartiment. L-istess bord tad-diretturi qed jistudja din it-talba bi Slot li jittama li tinstab xi soluzzjoni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport