Tuesday, April 23, 2024

Snin qabel Yorgen Fenech jgħaddi ġuri

Aqra wkoll

Għad baqa’ snin sakemm eventwalment jinbeda l-ġuri ta’ Yorgen Fenech, l-allegat mandant tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan qalu d-Deputat Nazzjonali l-Avukat Jason Azzopardi f’risposta għar-rikors miftuħ fil-konfront tiegħu minn Fenech b’rabta ma’ kummenti ppubblikati fuq il-midja soċjali.

Azzopardi qal li l-proċess qabel ma jinbeda l-ġuri jaf idum bejn sentejn u erba’ snin.

Fir-rikors miftuħ kontra Azzopardi Fenech qal li posts ippubblikati minn Azzopardi fuq il-midja soċjali qed jippreġudikawlu d-dritt għal smigħ xieraq.

L-avukati ta’ Fenech qal li waħda mill-posts, fil-forma ta’ re-share ta’ post ta’ iben Caruana Galizia, Matthew Caruana Galizia, tagħmel lil Fenech jidher daqslikieku diġà nstab ħati tal-qtil ta’ Caruana Galizia.

Il-post kienet tgħid:“Would Yorgen Fenech have been able to push the government into giving Electrogas €40 million for free, in November 2017, if my mother had exposed him as the owner of 17 Black? No. So he murdered my mother in October 2017. And there are those who want to give the animal an amnesty.”

Fenech qal li din il-post hija waħda fost diversi oħrajn li nkitbu, jew ġew shared minn Azzopardi u li qed jinfluwenzaw l-opinjoni tal-pubbliku.

Sport