Saturday, December 28, 2024

Snooker: 10 players Ċiniżi investigati dwar korruzzjoni

Aqra wkoll

Għaxar players Ċiniżi qed jiffaċċjaw akkużi ta’ rranġar ta’ logħbiet hekk kif il-korp governattiv tas-snooker qed jinvestiga l-akbar skandlu ta’ korruzzjoni fl-isport.

L-allegazzjonijiet jinkludu l-manipulazzjoni tal-logħob, l-avviċinament tal-players biex iqarrqu, l-imħatri fuq l-isnooker u l-irranġar tal-logħbiet.

F’Ottubru, Liang Wenbo ġie sospiż mill-World Professional Billiards and Snooker Association (WPBSA).

Disa’ oħra segwew, inkluż iċ-champion tal-Masters tal-2021 Yan Bingtao u r-rebbieħ tal-Kampjonat tar-Renju Unit Zhao Xintong.

Iż-żewġ players twaqqfu milli jikkompetu fil-Masters tal-ġimgħa li għaddiet.

Il-players misjuba ħatja tal-akkużi kontrihom se jiffaċċjaw sospensjoni fit-tul.

Il-biċċa l-kbira tal-plejers ma kkummentawx pubblikament dwar l-allegazzjonijiet, għalkemm Wenbo allegatament ċaħad li rranġa xi logħbiet minn tiegħu.

Issa se jkun hemm qbil dwar smigħ indipendenti biex tiġi kkunsidrata l-evidenza.

M’hemmx investigazzjoni separata tal-pulizija f’dan l-istadju.

“Dawn il-players huma kollha miċ-Ċina. F’xi punt, jekk jinstabu ħatja, se jirritornaw f’pajjiżhom u xorta huwa possibbli li prosekuzzjoni kriminali tista’ ssir barra mill-isport fiċ-Ċina,” qal iċ-chairman tal-WPBSA, Jason Ferguson.

Huwa ddeskriva s-sitwazzjoni bħala “ta’ qsim il-qalb”.

“Jekk il-players jinstabu ħatja li rranġaw ir-riżultati tal-logħbiet tas-snooker, ma naħsibx li qatt ma għandna nerġgħu narawhom jilagħbu.”

Ekonomija

Sport