Saturday, December 21, 2024

Snooker: Aaron Busuttil u Alex Borg jibqgħu għaddejin bir-rebħ

Aqra wkoll

Iż-żewġ players li qed jirrapreżentaw lil pajjiżna waqt il-Kampjonat Dinji tas-Snooker f’Golem, l-Albanija s’issa rebħu l-logħbiet li lagħbu fihom waqt il-fażi tal-gruppi. Barra minn hekk Alex Borg diġa’ aċċerta ruħu mill-kwalifikazzjoni għal fażi li jmiss.

Iċ-champion Malti tas-Snooker, Aaron Busuttil illum lagħab kontra il-Belġjan Pechenart Olivier u rebaħ 3-1. Busuttil rebaħ l-ewwel frame iżda Olivier irrisponda mill-ewwel u ġab id-draw pero’ fiż-żewġ frames l-oħra il-Malti ħa kmand u ikkontrolla faċilment. Fil-fatt fl-aħħar frame Busuttil għamel break ta’ 78 punt u għalaq il-logħba kmieni meta kien jonqos żewġ ħomor u l-kulur. Il-punteggi ta’ l-erba’ frames li ntlagħbu spiċċaw 54-32; 14-66; 69-53 u 78-1.

Ta’ min jinnota li Busuttil fiż-żewġ logħbiet li lagħab s’issa kellu ftit ta’ żvantaġġ li ma’ setax jilgħab bl-uniformi tiegħu peress li l-bagalja tiegħu ma wasiltx wara l-vjaġġ li kellhom nhar il-Gimgħa għall-Albanija. Huwa kellu jissellef uniformi mingħand players oħra iżda tal-anqas wara l-logħba tiegħu tal-lum ġie infumat li l-bagalja waslet.

Għada huwa jilgħab l-aħħar logħba tiegħu tal-Grupp kontra l-Ingliż Chae Ross peress li l-partita l-oħra li kienet ipprogrammata għall-Erbgħa mhux ser tinlagħab wara li Muhammad Awais tal-Pakistan, li kien jinsab fi Grupp A wkoll, irtira.

Alex Borg, illum, kompla għaddej bl-istess ritmu posittiv tal-jumejn ta’ qabel u kontra l-Albaniż Fatosh Dervishaj huwa kellu rebħa ta’ 3-0 biex b’hekk s’issa għadu ma’ tilef l-ebda frame. Borg ddomina f’kull frame b’riżultati ta’ 71-21; 71-40 u 104-9 biex s’issa flimkien maż-żgħażugħ Tajlandiż Wiphu Phuthisabodi huma l-uniċi players li għadhom ma’ tiflu l-ebda’ frame wara tliet logħbiet għalkemm hemm numru oħra ta’ players li jistgħu għamlu l-istess peress li għad iridu jilgħabu t-tielet logħba tagħhom.

L-Albaniż Dervishaj il-bieraħ ta walk-over lill-Ingliż Connor Benzey li għada ser ikun l-avversarju tal-veteran Malti f’logħba li tista tiddetermina min ser jirbaħ Grupp C. Benzey huwa wieħed min dawk il-players li minn żewġ logħbiet għadu ma’ tilef l-ebda frame.

Ekonomija

Sport