Wednesday, July 24, 2024

Id-dehra l-ġdida ta’ Cisk tikseb il-Fiddafil-World Brand Design Society Awards 2024

Aqra wkoll

L-aġenzija Ingliża bluemarlin kisbet unur prestiġjuż tal-Fidda mill-World Brand Design Society Awards 2024, għad-dehra kummerċjali l-ġdida ta’ Cisk li tnediet is-sena l-oħra.

Is-sottomissjoni ta’ Cisk fil-kategorija tal-identità tant spikkat li rebbħet lil bluemarlin is-Silver Award for Brand Redesign. Dawn l-unuri huma magħrufin li jirrikonoxxu proġetti sinifikanti billi jiċċelebraw l-eċċellenza fid-disinn u jippromwovu l-iżjed inizjattivi kreattivi mad-dinja.

L-aġenzija bluemarlin irringrazzjat lill-World Brand Design Society għall-impenn tagħha li tippremja disinji kummerċjali innovattivi u effettivi. Faħħret ukoll lil Simonds Farsons Cisk għall-fiduċja u l-kollaborazzjoni tagħha, u saħqet li din il-kisba ma setgħetx tkun possibbli mingħajr l-impenn ta’ SFC għall-eċċellenza. 

Minbarra dan il-premju, bluemarlin kisbet ukoll it-titlu ta’ ‘Design Agency of the Year’ fil-kategorija Icons of Beer tal-World Beer Awards, speċifikament għad-disinn mill-ġdid li taw lil Cisk. Dan l-unur ikompli jixhed id-dedikazzjoni ta’ bluemarlin għall-eċċellenza fi ħdan l-industrija globali tal-birra.

Susan Weenink Camilleri, Head of Sales and Marketing, Simonds Farsons Cisk, esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għall-identità l-ġdida tal-marka Cisk: “L-elementi ikoniċi mġedda tagħna jidħlu f’kull kuntest, u s-sħubija ma’ bluemarlin, sa mill-2018, inbniet bis-saħħa tal-fiduċja u l-kollaborazzjoni miftuħa tagħna. Kburin immens bil-kisbiet li għamlet Cisk sa issa, u eċitati għall-ġejjieni.”

Andrew Eyles, il-Kap Eżekuttiv ta’ bluemarlin qal li “Sodisfatti ħafna bl-unur tal-Fidda li rbaħna fl-edizzjoni tal-World Brand Design Society Awards 2024 għall-ħidma effettiva tagħna fuq id-dehra tal-birra Cisk. Id-disinn li ħriġna bih jagħti ġieħ lill-istorja rikka ta’ Cisk, bħala l-birra nazzjonali ta’ Malta sa mill-1929. Bis-saħħa tal-elementi ikoniċi mġedda u n-nisġa l-ġdida ispirata mis-Salib ta’ Malta qed insaħħu l-impatt tal-marka u nkattru r-relevanza tagħha għal ġenerazzjoni ġdida u s-swieq internazzjonali. Din il-kisba tixhed l-impenn sħiħ tagħna favur il-kreattività b’eċċellenza bis-saħħa tad-disinn li jgħinna nwasslu l-marki kummerċjali fl-idejn, fil-qlub u fl-imħuħ. Nirringrazzjaw lill-World Brand Design Society għar-rikonoxximent li tawna u lil Simonds Farsons Cisk tal-fiduċja u l-kollaborazzjoni kontinwa tagħhom.”

Id-disinn il-ġdid maħsub minn bluemarlin għall-identità korporattiva ta’ Cisk jesprimi sistema mħeġġa biex tiċċelebra l-istorja sinjura u t-tradizzjonijiet ta’ Malta. Ispirat mill-kultura Maltija, iwassal messaġġ dħuli u enerġija pożittiva, u jirrifetti l-kredenzjali ewlenin tal-marka. Id-disinn imġedded tal-ippakkjar tal-prodotti Cisk jissimbolizza l-element ta’ tiġdid li jeleva r-relevanza ta’ Cisk u jwessgħalha l-potenzjal għal swieq ġodda.

Bluemarlin hi onorata li qed tagħti sehemha għas-suċċess ta’ Cisk, u dan l-unur tal-Fidda jkompli jsaħħaħ l-impenn tal-aġenzija favur l-eċċellenza fid-disinn korporattiv madwar id-dinja.

Ekonomija

Sport