Wednesday, September 30, 2026
Home Sport Snooker – Neil Robertson l-ewwel li jikseb post mal-Aħħar 16 fix-Shenzhen Open

Snooker – Neil Robertson l-ewwel li jikseb post mal-Aħħar 16 fix-Shenzhen Open

0
48

Neil Robertson sar l-ewwel player li  kiseb post fl-aħħar 16 tax-Shenzhen Open 2026 wara rebħa konvinċenti ta’ 5-1 fuq Lei Peifan. L-eks champion tad-dinja beda tajjeb ħafna, bi breaks ta’ 73 u 94 biex mar 2-0 minn fuq. Huwa rebaħ ukoll it-tielet frame b’punt wieħed fuq l-aħħar iswed, wara li Lei kien għamel break ta’ 62, u kompla jżid il-vantaġġ għal 4-0 qabel l-intervall.

Lei wieġeb fil-ħames frame b’break impressjonanti ta’ 131 biex jevita telfa 5-0, u deher li seta’ jirbaħ ukoll is-sitt frame. Madankollu, falla l-ħadra meta kellu 50 punt, u Robertson approfitta biex jagħlaq il-logħba.

Jimmy Robertson ukoll għadda għall-aħħar 16 b’rebħa ta’ 5-1 fuq Ben Mertens, wara li għamel breaks ta’ 121, 55, 62, 117 u 82.

Zak Surety għeleb lil Jiang Jun 5-3 bi break ta’ 118, filwaqt li Scott Donaldson għadda wara rebħa drammatika ta’ 5-4 fuq Pang Junxu fuq l-aħħar iswed.

Wu Yize għeleb lil Jamie Clarke 5-4, filwaqt li Hawkins, Wilson, Murphy u Selby ukoll avvanzaw. David Grace, Michael Holt u Ricky Walden eliminaw lil Higgins, Xiao Guodong u lil Ding Junhui rispettivament.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here