L-Ingilterra kisbet l-ewwel rebħa tagħha fil-UEFA Nations League meta għelbet lir-Repubblika Ċeka 2-0 fi Praga. It-team ta’ Thomas Tuchel tilef l-ewwel logħba kontra Spanja (3-2), iżda l-kompitu tiegħu sar aktar faċli wara li Pavel Sulc tkeċċa wara biss 25 minuta għal tackle perikoluża fuq Elliot Anderson.
Trent Alexander-Arnold, li kien qed jibda għall-ewwel darba mal-Ingilterra minn Ottubru 2024, kellu sehem importanti fl-ewwel goal meta, żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, xeħet cross mill-isbaħ li Anthony Gordon niżżel bir-ras fix-xibka
Gordon reġa’ kien fost l-aqwa players tal-Ingilterra, filwaqt li Lewis Hall impressjona fid-debutt tiegħu bħala difensur xellugi.
L-Ingliżi komplew jiddominaw u Morgan Rogers laqat il-lasta, qabel Harry Kane għalaq il-logħba fid-69 minuta bis-87 goal tiegħu fil-123 partita mat-tem nazzjonali.
Ir-rebħa kienet waħda mistħoqqa u l-Ingilterra issa jħarsu lejn il-konfront li jmiss kontra l-Kroazja, f’Rijeka.





