Wednesday, September 30, 2026
Home Sport UEFA Champions League: Lamine Yamal jiskorja doppjetta f’dominanza Spanjola

UEFA Champions League: Lamine Yamal jiskorja doppjetta f’dominanza Spanjola

0
48

Iċ-champions tad-dinja Spanja komplew il-bidu perfett tagħhom fil-UEFA Nations League b’rebħa komda ta’ 4-1 fuq il-Kroazja f’Sevilla. Lamine Yamal kien il-protagonist ewlieni, hekk kif il-winger ta’ Barcelona skorja doppjetta u pprovda assist ieħor f’wirja eċċellenti.

Spanja fetħu l-iskor wara biss 80 sekonda, meta Yamal temm azzjoni veloċi. Il-Kroazja kisbu d-draw permezz ta’ Dion Beljo (28), iżda tliet minuti wara, Spanja reġgħu marru fil-vantaġġ meta Marc Pubill skorja l-ewwel goal tiegħu mat-team nazzjonali.

Fit-tieni taqsima, Spanja kompliet tikkontrolla l-logħba u, fit-63 minuta, Yamal skorja t-tielet goal wara assist mill-isbaħ ta’ Pedri, qabel ma ġie sostitwit u rċieva ovazzjoni mill-partitarji.

Il-Kroazja ppruvaw jagħmlu reazzjoni iżda l-Ispanjoli komplew jiddominaw. Kien Nico Williams li, fis-89 minuta,  issiġilla r-rebħa wara kombinazzjoni sabiħa bejn Rodri u Pedri. 

B’hekk, Spanja kisbu t-tieni rebħa minn daqstant logħbiet u kompliet is-sensiela tagħha mingħajr telfa.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here