Wednesday, September 30, 2026
Home Sport UEFA Nations League: L-Iskozja megħluba li lagħbu b’inferjoritá numerika għal kważi 80...

UEFA Nations League: L-Iskozja megħluba li lagħbu b’inferjoritá numerika għal kważi 80 minuta

0
49

L-Isvizzera kisbet rebħa komda ta’ 3-0 fuq l-Iskozja fil-UEFA Nations League, f’logħba li fiha l-Iskozja lagħbu b’10 players għal kważi 80 minuta. Il-problemi għat-team immexxi minn Sebastien Pocognoli bdew kmieni, meta Jack Hendry waqqa’ lil Dan Ndoye u tkeċċa wara li l-foul ġie kkonfermat li seħħ barra l-kaxxa. Ricardo Rodriguez skorja minn dak il-free-kick b’xutt mill-isbaħ fir-rokna ta’ fuq.

Minkejja li kien b’inferjoritá numerika, l-Iskozja ħolqu xi azzjonijiet, iżda l-Isvizzera baqgħu fil-kontroll. Fil-55 minuta, Nico Elvedi rdoppja b’xutt mill-ewwel wara cross fil-baxx ta’ Ndoye. L-Iskozja komplew ippruvaw jagħmlu reazzjoni iżda fit-82 minuta Zeki Amdouni għamilhom 3-0 b’xutt b’saħħtu.

Din kienet il-11-il logħba konsekuttiva tal-Isvizzera mingħajr telfa matul id-90 minuta, filwaqt li l-Iskozja sofrew it-tielet telfa fl-aħħar erba’ logħbiet.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here