Raġel sofra ġrieħi gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tat-3:00 p.m kien involut f’inċident f’kumpless f’Raħal Ġdid.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 44 sena residenti l-Fgura kien sofra xi ġrieħi waqt li kien qed jaħdem fuq cherry picker.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.