Friday, July 17, 2026
Home Sport Sofyan Amrabat nieqes għal Man Utd kontra Brighton

Sofyan Amrabat nieqes għal Man Utd kontra Brighton

0
408

Il-kowċ ta’ Manchester United Erik Ten Haag ikkonferma li l-plejer ta’ nofs il-grawnd Marokkin Sofyan Amrabat mhux se jkun disponibbli għal-logħba tal-lum kontra Brighton and Hove Albion.

Amrabat kien qed jilgħab mat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu iżda sofra minn injury f’kuxxtejh u wara li ssaporta għal numru ta’ sigħat l-uġigħ, mal-wasla tiegħu f’Manchester kellu jmur għand it-tobba tal-klabb li qalulu li f’dan tmiem il-ġimgħa għandu jibqa’ mistrieħ.