Wednesday, February 5, 2025

Somalu se jitressaq il-Qorti b’rabta ma’ serqa f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Somalu ta’ 42 sena se jitressaq il-Qorti fil-ħin li ġej quddiem il-Maġistrat Kevan Azzopardi.

Dan wara li l-Pulizija hekk kif ġew infurmati b’serqa wasslet biex l-allegat ħalliel,
ġie arrestat ftit mumenti biss wara. Il-każ seħħ matul il-lejl ta’ bejn it-Tnejn u t-Tlieta f’San Ġiljan.

Kienu għall-ħabta tas-2:00 a.m., li ntalbet l-assistenza fi Triq San Ġorġ, wara rapport li Franċiż ta’ 26 sena safa aggredit u misruq.

Is-Somalu pprova jaħrab minn fuq il-post iżda ġie miżmum mill-Pulizija.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport