Barcelona qed jikkunsidraw li jiffirmaw lill-midfielder internazzjonali Marokkin, Soyan Amrabat, mingħand Fiorentina, wara l-wirjiet impekkabbli li kellu fit-Tazza tad-Dinja li saret fil-Qatar, f’Novembru li għadda.
Kemm il-club Katalan kif ukoll il-player laħqu ftehim iżda għad irid jintlaħaq ftehim mal-club Taljan.
Sadanittant, Barcelona kienu ġew informati li ma setgħux jirreġistraw il-kuntratti l-ġodda tal-midfielder Gavi u tad-difensur Ronald Araujo il-ġimgħa li għaddiet u għalhekk dan it-trasferiment se jkun sorpriża għar-rivali tagħhom.