Tuesday, May 14, 2024

Jinstab fetu ta’ ftit ġimgħat f’kaxxa maġenb sptar f’Londra

Aqra wkoll

Fetu ta’ madwar 16-il ġimgħa nstab f’kaxxa maġenb sptar f’Londra. Il-każ seħħ ilbieraħ maġenb l-Isptar Barnet għall-ħabta tad-9:00 a.m.

Minn informazzjoni li ngħatat s’issa jidher li l-fetu tpoġġa ħdejn l-isptar minn raġel ta’ madwar 30 sena u li kien liebes ħwejjeġ skuri.

Il-Pulizija jifhmu li l-omm bħalissa għaddejja minn mument delikat u diffiċli f’ħajjitha u għaldaqstant jixtiequ jwasslu messaġġ biex l-omm titħajjar tersaq għall-għajnuna: “F’dan il-mument, il-prijorità tagħna hija li nagħmlu ċert illi l-omm tinsab tajba u li tirċievi l-attenzjoni medika neċessarja,” jgħid id-Ditektiv Matt Coad.

“Dan x’aktarx huwa perjodu trawmatiku għaliha; għalhekk nappella sabiex jekk jaslilha dan il-messaġġ tikkuntattjana jew tkellem lil xi tabib,” itemm l-uffiċjal Coad.

Sport