Thursday, December 26, 2024

SPALLA OĦRA GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ BIEX JILĦQU L-GĦANIJIET TAGĦHOM

Aqra wkoll

Li wieħed jixtri propjetá jew ikun sid ta’ daru mhix proċess faċli. Peró jekkk nistgħu ngħidu kollox, żgur ma nistgħux ngħidu li għajnuna mill-Gvern ma nsibux. 

Nibdew billi nsemmu li din il-ġimgħa timmarka pass importanti fl-impenn kontinwu tal-Gvern biex ikompli jappoġġja lil dawk li jixtru dar għall-ewwel darba, hekk kif mal-5,200 first-time buyer se jkunu qegħdin jirċievu l-ħlas bħala parti mill-iskema ta’ €10,000 fuq 10 snin.

Quddiem dan kollu, nistgħu ngħidu li din l-inizjattiva tenfasizza d-dedikazzjoni tal-Gvern biex il-homeownership isir realtà għal dawk li ilhom jaspiraw għaliha. 

Jekk nagħtu ħarsa lejn dawn li se jkunu qegħdin jirċievu, se jkun hemm mal-2800 first-time buyer li se jirċievu t-tieni pagament, filwaqt li kważi 2,220 first-time buyer se jkunu qegħdin jirċievu l-ewwel għotja ta’ €1,000 fis-sena għal perjou ta’ għaxar snin. 

Dan ifisser li bejn is-sena li għaddiet u din is-sena, il-Gvern mmexxi minn Robert Abela, investa aktar minn €7.7 miljun f’din l-iskema. Din l-għotja, li kienet ukoll wegħda ewlenija fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista, qiegħda titwettaq f’inqas minn sena minn meta tħabbret l-ewwel darba. Barra minn hekk, dan il-benefiċċju jingħaqad ukoll ma’ kullana ta’ miżuri oħra li diġà twettqu biex ikunu ta’ sostenn meħtieġ lill-first time buyers.

Ma ninsewx ukoll li din l-għotja hija parti mill-istrateġija ħolistika tal-Gvern biex ikompli jtejjeb is-settur tal-akkomodazzjoni, filwaqt li tħares lejn il-bżonnijiet diversi taċ-ċittadini. 

Ninnutaw b’sodisfazzjon li minbarra din l-għotja, il-Gvern qed jimplimenta diversi miżuri oħra immirati lejn it-tisħiħ ta’ dan is-settur, bħall-bini ta’ housing soċjali u affordabbli, skemi ta’ self, u l-benefiċċju tal-kera. 

Ninsabu wkoll konxji tar-realtajiet ġodda li qed ifeġġu minn żmien għal żmien u nifhmu illi l-ewwel ftit snin xejn ma jkunu faċli għal dawk li jkunu jridu jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom. 

Dan minħabba li jinqalgħu spejjeż oħra lil hinn mill-prezz tal-proprjetà u għalhekk ikollhom bżonn dik l-imbuttatura ċkejkna biex ikunu jistgħu jwettqu dan il-pass importanti f’ħajjithom. Nemmnu li dawn iċ-ċirkustanzi kienu li wasslu lill-Gvern biex jintervjeni sabiex jgħinhom fl-ewwel pagamenti tagħhom. 

Il-prinċipju wara dan kollu huwa mnissel mill-ħaqq soċjali u jibqa’ dak li f’dan il-pajjiż kulħadd ikollu l-għajnuna u l-opportunità li jilħaq l-aspirazzjonijiet u l-ħolm tiegħu biex ikun jista’ jasal fejn jixtieq. Turija ta’ kemm dan il-Gvern huwa verament gvern għan-nies.

Ekonomija

Sport