Friday, November 15, 2024

Spanja favoriti li jirbħu Grupp E

Aqra wkoll

Biż-żewġ timijiet qed ifittxu li jikkwalifikaw għall-Aħħar 16, il-Ġappun jiffaċċjaw lil Spanja f’din l-aħħar logħba ta’ Grupp E.

Il-Ġappun għelbu lill-Ġermanja bl-iskor ta’ 2-1 iżda mbagħad sfaw megħluba minn Costa Rica bl-iskor ta’ 1-0 liema riżultat ħadd ma stenna.

Issa qegħdin bi tliet punti, punti daqs Costa Rica, u jridu jirbħu biex jiggarantixxu l-post tagħhom mal-Aħħar 16. Huma jistgħu jiksbu draw u jikkwalifikaw xorta waħda, iżda dan jiddependi mir-riżultat bejn il-Ġermanja u Costa Rica li jmur favurihom.

Fir-rigward ta’ Spanja, jistgħu sempliċiment jikkwalifikaw billi jevitaw it-telfa, u permezz ta’ rebħa jiżguraw l-ewwel post fil-grupp. Huma temmew fi draw fl-aħħar partita kontra l-Ġermanja wara li għelbu lil Costa Rica, u se jkunu jridu jiskbu ftit momentum fl-Aħħar 16.

Għall-Ġappun, Hiroki Sakai kellu joħroġ mill-ground 15-il minuta mit-tmiem kontra l-Ġermanja b’injury, u għalhekk se jkun dubjuż. Huwa kien sostitut mhux utilizzat kontra l-Costa Rica u Miki Yamane seta’ jżomm postu fuq il-faxxa laterali.

Min-naħa l-oħra, il-coach ta’ Spanja, Luis Enrique, jista’ jibda lil Alvaro Morata, li skorja fiż-żewġ logħbiet ta’ Spanja, minflok Marco Asensio.

Ekonomija

Sport