Wednesday, April 24, 2024

Il-Ġermanja se jkunu eliminati mill-Fażi tal-Gruppi għat-tieni darba nfila?

Aqra wkoll

Minn Grupp E, fit-8.00 pm, il-Ġermanja tiffaċċja lil Costa Rica fejn teżisti possibbiltá li jistgħu jiġu eliminati għat-tieni darba konsekuttiva.

Huma kisbu punt importanti kontra Spanja fl-aħħar partita, iżda l-Ġermanja għad iridu jegħlbu lill-Costa Rica biex jikkwalifikaw u jittamaw li Spanja ma jitilfux kontra l-Ġappun, peress li jkunu jeħtieġu li jdawru żbilanċ ta’ tmien goals sabiex jgħaddu għar-round li jmiss.

Min-naħa tal-Costa Rica, jistgħu jikkwalifikaw b’rebħa u draw, jekk il-logħba l-oħra bejn il-Ġappun u Spanja tmur favurihom.

Huma sfaw megħluba minn Spanja iżda wrew karattru reżiljenti biex għelbu lill-Ġappun. Għaldaqstant huma jkollhom bżonn jiksbu xi ħaġa kontra l-Ġermanja jekk iridu jikkwalifikaw għall-fażi eliminatorja.

Għalihom, Francisco Calvo jinsab sospiż għal din il-partita kontra l-Ġermanja, wara li rċieva karta safra kemm kontra Spanja kif ukoll kontra l-Ġappun.

Min-naħa l-oħra għall-Ġermanja, Leroy Sane ma kien utilizzat kontra l-Ġappun, iżda daħal kontra Spanja 20 minuta mit-tmiem u jista’ jibda kontra  f’dan il-konfront tant importanti li qed jitqies bħala finali għall-Ġermaniżi.

Sport